Li tiġi istitwita fondazzjoni bejn l-università, il-gvern u s-settur privat li tħares lejn it-trends tal-ġejjieni. Fuq il-mudell tal-Institute for future studies fl-Isvezja (http://www.iffs.se/). Din proposta fundamentali li minnha jistgħu u għandhom joħorġu ideat speċifiċi u konkreti oħra meta tkun ġestita b’mod professjonali u tgħin lil pajjiżna jsib soluzzjonijiet kreattivi u proattivi għal problemi attwali u/jew futuri. Tgħin lis-setturi kollha jipprevedu u jipproġettaw għall-ġejjieni.
Qed naslu f’sitwazzjoni fejn anki il-medium term planning qed jisparixxi u qegħdin biss f’”very short term planning” f’ġirja waħda għal “instant voter’s gratification”. Dan għandu riperkussjonijiet gravi ħafna fis-setturi kollha fosthom tat-toroq, tas-servizzi finanzjrji, tal-kostruzzjoni u tal-edukazzjoni. Din il-fondazzjoni jkollha, ukoll, l-għan li toħloq pont bejn it-trends internazzjonali li normalment jolqtu lil Malta wara xi żmien minħabba l-insularità naturali tagħha u r-realtà internazz
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation