Il-Kundizzjonijiet tal-Ghalliema

Il-Kundizzjonijiet tal-Ghalliema

Il-professjoni tal-ghalliema tinsab fi krizi totali. Ftit ghadhom jithajru jiehdu l-kors tal-ghalliem gewwa l-universita' u hafna ghalliema wara snin ta' servizz qeghdin jaqtghu qalbhom u jitilqu mill-professjoni. Il-kundizzjonijiet fuq ix-xoghol, l-ammont ta' paperwork zejjed u l-paga mizera huma fost ir-ragunijiet ghal dan kollu. Nittama li jsiru proposti serji biex jigu ndirizzati dawn l-affarijiet biex il-professjoni tal-ghalliem terga' ssir wahda attraenti. Grazzi

Points

Il-Gvern irid jara li kemm l-Ghalliema kif ukoll il-Ministeru u l-iskejjel jsibu ghalliema professjonali ippreparati. Kif saret is-sistema illum jidher li sejjer jkun hemm nuqqas ta' Ghalliema. Fl-opinjoni tieghi hloqna sistema fejn sejrin nergghu nintlew b'hafna Supply Teachers li bosta jkunu bla tahrig serju u professjonali. Gvern Gdid irid ihares li kemm l-Ghalliema kif ukoll l-iskejjel jkunu komdi biex jahdmu f-ambjent ta' sehan il-mohh.

Back to group

This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation

Your Priorities on GitHub

Check out the Citizens Foundation website for more information