Bi ftehim mar-residenti tal-inħawi u mal-Kunsill Lokali tal-Isla, din iż-żona tista' ssir attrazzjoni turistika b'mod li dawk l-arkati jsiru żona ta' rikreazzjoni għall-ikel u għall-arti, għall-mużika u għaż-żfin, l-aktar fix-xhur sajfin. Minbarra dan għandha tinħoloq mogħdija madwar it-TLIET IBLIET biex bil-pass jew bir-roti, in-nies ikunu jistgħu jibdew mit-tarf tal-Isla u jibqgħu sejrin sal-Kalkara u aktar 'il ġewwa mingħajr interruzzjonijiet jew intoppi.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation