Nemmen li jekk iż-żgħażagħ jingħataw iċ-ċans li matul l-aħħar sentejn tas-sekondarja, fil-Junior College, l-Università, l-MCAST u istituzzjonijiet oħra, jingħataw iċ-ċans li għal xi żmien jagħmlu xogħol fil-komunità, u speċjalment ma' min hu l-iktar fil-bżonn, ikun jiswa ħafna biex iż-żgħażagħ jirrealizzaw kemm hu importanti li ngħinu lil xulxin u lil min hu fil-bżonn. Dan jista' jservi biex ikollna inqas żgħażagħ li jaqbdu vizzji u abbużi.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation