Triq il-Fieres hija triq passaġġa ħafna, u m'hemmx xi ngħidu, hija triq perikoluża ħafna. Ftit li xejn issib toroq agħar minnha f'Malta. In-numru ta' ħofor fondi madwar 25cm huma ħafna, kważi, biex ma tolqotx karozza li ġejja mil-faċċata, tispiċċa tidħol ġo ħofor enormi li kapaċi jkunu kaġun tal-istess ħsara fil-vettura daqs li kieku taħbat ġo vettura oħra. U fix-xitwa agħar, għax il-ħofor ma tarahomx bl-ilma. Triq li tkissirlek karozza, u li wara kollox ta' periklu għal min jgħaddi minnha.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation