Nixtieq nissuġġerixxi li jsir ġbir ta' firem organizzat mill-Partit Nazzjonalista biex Dr Simon Busuttil jibqa' l-Kap tal-partit. Ħafna nies iħossu li Simon Busuttil hu l-bniedem l-iktar addattat biex imexxi l-partit. Ma nemminx li għax il-partit tilef l-elezzjoni għandu jkun hemm il-bidla tal-Kap għax inkella jrid kollox jerġa' jibda mill-ġdid u jintilef ħafna żmien. Nittama li dan is-suġġeriment jintlaqa'.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation