Nixtieq nappella minn qalbi lil Dr Simon Busuttil biex jerġa' jaħsibha u jibqa' l-kap tal-Partit Nazzjonalista għax ma naħsibx li hemm min hu kapaċi daqsu jmexxi l-partit. Barra minn hekk se jkun qisu qed jaħrab mill-vapur meta dan qed jegħreq. Hu m'għandu xejn x'jaqsam mat-telfa tal-elezzjoni. Nafu li l-elezzjoni rebaħha l-partit laburista bil-qerq u min iqarraq bil-poplu ma jħobbx lil pajjiżu imma lilu nnifsu. Iż-żejt dejjem jitla' f'wiċċ l-ilma u fl-aħħar in-nies tinduna bil-qerq.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation